Avviż dwar Privazija u Cookies

Privatezza

I. Global Action Plan jirrispetta l-privatezza tal-klijenti u tal-viżitaturi.

II. Jekk tixtieq li titneħħa minn fuq id-database, u ma tirċivix messaġġi promozzjonali jew għandek xi mistoqsijiet fuq it-tħaddim ta' dan is-sit, ikkuntattjana.  

III. Is-sit elettroniku tagħna jiġbor ismijiet, indirizzi elettroniċi u informazzjoni oħra minn skejjel/gruppi u għalliema/leaders li jkunu f'formoli onlajn, bħalma hi l-formola tar-reġistrazzjoni. Din id-data tintuża biss minn Global Action Plan u s-sħab tagħha u ma tgħaddix għand ħaddieħor.

IV. Is-server iżomm l-indirizzi IP ta' kull min iżur is-sit. Indirizz IP jikkonsisti f'numru li jingħata awtomatikament lill-kompjuter tiegħek meta tuża l-internet. L-indirizzi IP nużawhom biex insolvu problemi fis-server, namministraw is-sit, nanalizzaw il-preferenzi tal-utent, naraw il-movimenti tal-utent u biex niġbru informazzjoni għall-istatistika - dan kollu biex inkomplu ntejbu s-sit u nwasslu kontenut personalizzat. Indirizzi IP mhumiex marbutin ma' informazzjoni personali u l-ġbir tagħhom huwa proċedura komuni f'ħafna servers. 

V. Fis-sit elettroniku tagħna ssib ħoloq li jeħduk f'siti oħra. Żomm f'moħħok li meta qed tagħfas fuq ħolqa minn dawn se tidħol f'sit ieħor li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà ta' Global Action Plan.

VI. Meta qed tuża dan is-sit inti qed taqbel mal-politika tal-privatezza tagħna skont kif inhi mniżżla hawnhekk. Dawn it-termini u kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu kull tant żmien mingħajr ma tkun avżat. Għaldaqstant, jekk inti kkonċernat dwar kif se tintuża jew tinġabar l-informazzjoni personali tiegħek, int mitlub li terġa' taqrahom qabel ma tagħti din l-informazzjoni.  

Cookies
Tajjeb tkun taf li meta tuża siti elettroniċi, siti fuq il-mowbajl jew apps tal-mowbajl, l-informazzjoni tista' tinġabar bl-użu tal-cookies. .

I. X'inhuma cookies u kif jaħdmu?
Cookies huma biċċiet żgħar ta' testi li jitniżżlu fuq il-kompjuter tiegħek jew fuq il-mowbajl kull darba li żżur xi sit. Il-browser tiegħek se jibgħat dawn il-cookies lura lis-sit kull darba li żżuru biex hekk is-sit ikun jista' jagħrfek u jippersonalizza l-kontenut li tara fuq l-iskrin. .

II. Għal xiex nużawhom il-cookies? 
Il-cookies huma parti essenzjali mill-internet. Huma jiffaċilitaw l-użu tiegħek tas-sit. Hemm għadd ta' uzi għall-cookies, imma jistgħu jinġabru f'erba' gruppi ewlenin:  

III. Cookies li huma meħtieġa biex jipprovdu s-servizz li tkun tlabt. 
Xi cookies huma essenzjali biex tuża s-sit bl-aspetti kollha tiegħu. Mingħajr dawn il-cookies ma tistax tingħata s-servizzi li tkun tlabt. Dawn il-cookies mhumiex se jiġbru informazzjoni dwarek għall-fini ta' marketing jew biex jittraċċaw l-użu tiegħek tal-internet. 
Dawn huma xi eżempji ta' cookies essenzjali:

  • Iżommuk illoggjat waqt li qed iżżur is-sit. Mingħajr dawn il-cookies ikollok tilloggja f'kull paġna li tidħol.
  • Meta żżid xi ħaġa fix-shopping basket, il-cookies jaraw li baqgħet hemm meta tiġi biex tagħmel checkout.
  • Xi cookies li jagħmluha possibbli biex tuża siti b'mod faċli jitħassru awtomatikament meta tagħlaq il-browser. 

IV. Ittejjeb l-esperjenza tiegħek tal-browsing 
Dawn il-cookies jippermettu lis-sit biex jiftakru l-għażliet li tagħmel, eżempju l-lingwa jew ir-reġjun li tagħżel.  
Dawn huma xi eżempji kif il-cookies jintużaw biex itejbu l-esperjenza tiegħek fuq is-siti tagħna: 

  • Jiftakru l-preferenzi u s-settings, inkluż il-preferenzi ta' marketing. 
  • Jiftakru l-informazzjoni li tkun niżżilt fis-servej, u hekk ma tintalabx biex terġa' timlieh.
  • Jiftakru jekk żortx is-sit drabi oħra. Min se juża s-sit l-ewwel darba għandu mnejn jara kontenut differenti minn utent regolari. 
  • Jillimitaw in-numru ta' drabi li jintwera xi reklam partikolari. 
  • Juruk informazzjoni relevanti li għandek tal-prodotti tagħna. 
  • Jiffaċilitaw kollegamenti fuq il-media soċjali bħal Facebook u Twitter.
  • Juruk ħoloq b'artikli relatati li huma relevanti għall-paġna li tkun qed tfittex. 
  • Jiftakru xi paġna li tkun rajt, bħalma hu t-tbassir tat-temp. 

V. Funzjoni Analitika
Normalment inżommu rekord ta' dawk il-paġni u ħoloq li l-aktar huma popolari u dawk li mhumiex biex jgħinuna nżommu s-siti tagħna relevanti u aġġornati. Huwa importanti li nidentifikaw il-preferenzi ta' dawk li jużaw is-siti tagħna.  

Dawn il-cookies, li sikwit insibuhom bħala 'cookies analitiċi' jintużaw biex jiġbru din l-informazzjoni. Dawn il-cookies ma jiġbrux informazzjoni li jidentifikaw xi viżitatur. L-informazzjoni li tinġabar tibqa' anonima u tingħaqad mal-informazzjoni tal-cookies tal-oħrajn. Imbagħad aħna nkunu nistgħu naraw il-preferenzi kollha ta' kulħadd aktar milli l-preferenzi ta' individwu partikolari. Il-cookies analitiċi se jżommu l-attività tas-sit li tkun fih u jintużaw biss biex itejbu kif jiffunzjona s-sit.  

Xi siti elettroniċi u xi emails li tirċievi mingħandna jista' jkun li jkollhom xbihat inviżibbli li jissejħu “web beacons” jew “tracking pixels”. Dawn jintużaw biex jgħoddu n-numru ta' drabi li n-nies ikunu daħlu f'xi paġna jew email. Hekk inkunu nistgħu nkejlu l-effettività tagħha. Dawn il-'web beacons' huma anonimi u ma jkollhomx u lanqas jiġbru informazzjoni li tista' tidentifikak.  

u hija inizjattiva ta'Global Action Plan
flimkien ma'
2.00 MB